Ġimgħa Ewkaristika 1–9 ta’ Ġunju 2013

Ġimgħa Ewkaristika 19 ta’ Ġunju 2013

Parroċċa S. Ġwann tas-Salib Ta’ Xbiex

Is-Sibt: 6.00pm: Solennità tal-Ġisem u d-Demm tal-Mulej

Il-ĦaddSolennità tal-Ġisem u d-Demm tal-Mulej

4.00pm Quddiesa bl-Ewwel Tqarbina

It-Tnejn:

Jum Ewkaristiku. Espożizzjoni tas-Sagrament wara l-quddiesa 8.30am. Adorazzjoni u Benedizzjoni fis-6.30pm.

jum ewkaristiku

Il-Ġimgħa: Solennità tal-Qalb ta’ Ġesu’

Jum Ewkaristiku fl-ewwel Ġimgħa tax-xahar. Espożizzjoni tas-Sagrament wara l-quddiesa 8.30am. 1.00pm quddiesa. 5.00pm Rużarju meditat. Quddiesa 6.00pm Adorazzjoni u Benedizzjoni fis-6.30pm.

8.00-10pm quddiesa u purċissjoni mal-Arċisqof fi Pjazza S. Ġorġ il-Belt bis-sehem tat-tfal tal-Ewwel Tqarbina f’għeluq il-100 sena tal-Kungress Ewkaristiku f’Malta.

Il-ĦaddPurċissjoni bis-Sagrament Imqaddes wara l-quddiesa tas-6.00pm bis-sehem tat-tfal kollha tal-Ewwel Tqarbina.

 

Stedina 23/11/10

Stedina

Wasal iz-zmien tal-bidu ufficcjali tal-hidma tieghi bhala kappillan tal-parrocca f’Ta’ Xbiex. Hija sfida kbira ghalija. Bl-ghajnuna ta’ Alla qieghed nilqaghha b’ferh u bi dmir lejn il-weghdiet sacerdotali u religjuzi tieghi. U dan minkejja li wasalt f’età fejn soltu l-kappillani jirtiraw wara snin twal ta’ qadi b’hidma sfiqa f’kemm-il parrocca. Gejt imsejjah fil-fjur tal-esperjenza tieghi sacerdotali izda wkoll nistqarr li tieghi hija konsagrazzjoni u missjoni tal-ahhar siegha fl-ghalqa tal-Mulej!

Kemm ilni naghti sehemi f’din il-parrocca, tul il-gimghat li ghaddew, stajt nara b’ghajnejja kemm persuni qeghdin jaghtu mill-ahjar li jistghu, hiliet, kwalitajiet u hin biex ikunu ta’ gid ghall-familja jew il-komunità Nisranija li hija l-parrocca. Jiena ghandi qalbi mimlija kuragg li ninsab imdawwar minn ghadd sabih ta’ dawn il-persuni ta’ kwalità. U nistqarr maghkom bl-akbar herqa li rrid nara aktar persuni li jigu ‘l quddiem biex b’responsabbiltà jaghtu sehemhom b’risq in-nies kollha li jaghmlu parti mir-realtà ‘specjalment’ f’Ta’ Xbiex. Nghid ‘specjalment’ ghax ahna bhala komunità parrokkjali immedjatament irridu nahdmu wkoll f’sintonija mal-parrocci l-ohra tal-Imsida u tal-Gzira li maghhom il-parrocca f’Ta’ Xbiex taghmel l-Unità 9 fil-Knisja/Arcidjocesi ta’ Malta.

Nhar it-Tlieta fis-6.00 pm, Mons. Arcisqof Pawlu Cremona OP se jkun fostna fil-knisja parrokkjali biex jippresiedi f’quddiesa koncelebrata l-installazzjoni u l-pusses tal-kappillan il-gdid. Għalhekk jixraq ħafna li, kemm jista’ jkun, il-parruccani kollha jieħdu sehem f’din il-festa tal-komunità parrokkjali tagħna. Flimkien nitolbu lil Alla bl-interċessjoni ta’ San Ġwann tas-Salib biex il-kappillan il-ġdid jiflaħ jagħmel ħiltu kollha u jaqdi dmiru b’risq il-persuni kollha tal-parrocca tagħna.


Hekk kif tintemm il-quddiesa, kulħadd huwa mistieden u kulħadd huwa mħeġġeġ biex flimkien nitilgħu fiċ-Ċentru Parrokkjali u nieħdu sehem fir-riċeviment madwar l-Arċisqof u l-kappillan il-ġdid. Xi ħaġa tajba jkun hemm għal kulħadd.

Fil-ġranet ta’ wara l-kappillan, speċjalment fil-ħinijiet tal-ufficcju, ikun lest jilqa’ lil kulmin jixtieq ikellmu, l-aktar dawk li jinsabu f’xi bżonn jew inkella lil dawk li jixtiequ joffru miż-żmien u l-ħiliet tagħhom għall-ġid tal-parrocca.

P. Wistin Vella ocd

Church Roof update

Ix-xogħol fuq is-saqaf tal-Knisja issa tlesta għal kollox, minn barra u minn ġewwa. Minn din il-ġimgħa bdejna ż-ŻEBGĦA TAL-KNISJA. L-għajnuna tagħkom qatt mhi nieqsa, u ta’ dan nirringrazzjawkom, waqt li nwiegħdukom li niftakru fikom fit-talb tagħna. Grazzi ħafna.

Work on the church roof has finished, both outside and inside. Since this week we have started painting the church walls. All help is appreciated and we thank you for it, and keep you in our prayers. Many thanks.

Fr Salvino Spagnol Appointed Officially as Parish Administrator for Ta’ Xbiex Parish Church

Nixtiequ ngħarrfukom li Mons. Arċisqof ħareġ digriet li bih ħatar uffiċjalment lil Patri Salvinu Spagnol bħala AMMINISTRATUR Parrokkjali għall-parroċċa tagħna Ta’ Xbiex.

We wish to inform you that the Archbishop has issued a decree by which Fr Salvino Spagnol has been appointed officially as Parish ADMINISTRATOR for Ta’ Xbiex.

frsalv

Inroddu ħajr lil P. Salvinu li aċċetta li jagħti dan is-servizz għall-ġid pastorali tal-parroċċa tagħna.
Huwa se jagħmel ix-xogħol ta’ kappillan fil-parroċċa tagħna, flimkien mal-komunità tal-patrijiet Tereżjani, u nwegħduh it-talb u kull għajnuna min-naħa tagħna. Il-kappillan ta’ qabel, Fr. Joseph se jagħmel ftit żmien id-dar. Nitolbu għalih u nroddulu ħajr tal-ħidma prezzjuża tiegħu fostna.