AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

image0042

 

NHAR IT-TNEJN, IT-TLIETA U L-ERBGĦA, 28, 29 U 30 TA’ SETTEMBRU, IKUNU JIEM TA’ TĦEJJIJA GĦALL-FESTA TA’ SANTA TEREŻA TAL-BAMBIN ĠESÚ LI QEGĦDIN NIĊĊELEBRAWHA NHAR IL-ĦAMIS, L-EWWEL TA’ OTTUBRU.  KULLJUM IKOLLNA R-REĊITA TAR-RUŻARJU FIL-5.30PM U L-QUDDIESA FIS-6.00 PM. JIPPRIEDKA PATRI RENALD LOFREDO O.CARM.  IL-ĦAMIS, 1 TA’OTTUBRU HUWA JUM IL-FESTA. JERĠA JIĊĊELEBRA L-QUDDIESA U JIPPRIEDKA PATRI RENALD LOFREDO O.C

 

 

image0022

L-KUMMISSJONI DJAKONIJA SER TORGANIZZA ĦARGA TA’ NOFS TA’ NHAR GĦALL-ANZJANI KOLLHA TAL-PARROĊĊA.

IL-ĠURNATA TKUN IT-TLIETA 6 TA’OTTUBRU. NITILQU MILL-POST TAS-SOLTU FIT-8.30 AM LEJN IS-SIĠĠIEWI, FEJN IKOLLNA QUDDIESA FIL-KAPPELLA TAL-PROVIDENZA. WARA MMORRU NŻURU L-MITĦNA TAX-XAROLLA FIŻ-ŻURRIEQ, FEJN HEMM IKOLLNA WKOLL REFRESHMENTS. MIN JIXTIEQ JIĠI, JISTA’ JIDĦOL JIKTEB ISMU FIS-SAGRISTIJA. GĦAD BAQALNA FTIT POSTIJIET VOJTA.

 

 

image0021

GĦALL-OKKAŻJONI TAL-FESTA TA’ SAN ĠWANN TAS-SALIB, LI NIĊĊLEBRAW F’NOVEMBRU LI ĠEJ, SER IMMORRU NAGĦTU D-DEMM.

IL-ĠURNATA TKUN IS-SIBT 14 TA’ NOVEMBRU FILGĦODU. NAGĦMLU APPELL LILL DAWK KOLLHA LI JAGĦTU D-DEMM, BIEX JIĠU MAGĦNA NWETTQU DAN IL-ĠEST SABIĦ LIL DAWK LI JKOLLHOM BŻONN D-DEMM. KULL MIN IRID JIĠI JIDĦOL JINKITEB FIS-SAGRISTIJA.

 

image011

NHAR IL-ĠIMGĦA 2 TA’ OTTUBRU, HIJA L-EWWEL ĠIMGĦA TAX-XAHAR. WARA L-QUDDIESA TAT-8.30 AM NESPONU LIL ĠESÚ EWKARISTIJA GĦALL-QIMA TAGĦNA. FIL-5.30 PM IKUN HAWN IR-RUŻARJU, U FIS-6.00 PM, IL-QUDDIESA. WARA L-QUDDIESA IKUN HAWN ADORAZZJONI MĦEJJIJA MILL-KUMMISSJONI FAMILJA BIT-TEMA FUQ SANTA TEREŻA TA’ ĠESÚ LI DIN IS-SENA QEGĦDIN INFAKKRU IL-500 SENA MIT-TWELID TAGĦHA.

 

 

image015

IL-ĦAMIS 24 TA’ SETTEMBRU BDEJNA IS-SENA KATEKETIKA. IL-LEZZJONIJIET JIBDEW NHAR IT-TLIETA 29 TA’ SETTEMBRU BEJN IL-5.00 U S-6.00PM FIĊ-ĊENTRU PARROKKJALI. INĦEĠĠU T-TFAL BIEX JATTENDU.