Avvizi tal-Parroċċa – 18-il Ħadd ta’ matul is-sena A

 

Avvizi tal- Parrocca- San Gwann tas- Salib, Ta` Xbiex

3 ta’ Awwissu 2014 18-il Ħadd ta’ matul is-sena A

1 Il-lum l-ewwel Ħadd tax- Xahar, il-ġabra speċjali  se tmur għas-sistema ġdida ta’ Microphones u speakers li għamilna  fil-knisja. Għad baqgħalna niġbru 4000 ewro. Grazzi tal-ġenerożità tagħkom.

2 Nhar it-Tlieta  5 ta’ Awwissu se jkun Rużarju fl-Apert hdejn it-Ta’ Xbiex Football Club, fis-7pm.

3 Il- Postijiet għal-ħarġa ta’ Għawdex huma mimlijin kollha. Jiddispjaċina li xi wħud kellhom jitħallew barra minħabba li l-postijiet imtlew malajr.

image0045

4 L-Adorazzjoni għall-Qdusija tal-Kleru se ssir nhar is-Sibt 9 ta’ Awwissu fil-Knisja tal-Kapuċċini, Xemxija. Il- Laqgħa tibda fid-9:00pm bil-Quddiesa u tibqa’ sejra bl-Adorazzjoni sal-11:00pm. Is-sehem tagħna jkun xhieda ta` mħabba tagħna lejn is-saċerdot u tal-apprezzament tagħna tal-ħidma tiegħu fostna,

Avvizi tal-Parroċċa – 15-il Ħadd ta’ Matul is-Sena A

Avvizi tal-Parroċċa – San Ġwann tas-Salib, Ta’ Xbiex

13 ta’ Lulju 2014 15-il Ħadd ta’ Matul is-Sena A

Ghada l-Ħadd, it-Tnejn u t-Tlieta (Illejla, għada t- Tnejn u t-Tlieta) 13, 14, 15 ta’ Lulju jkunu jiem ta’ tħejjija b’tagħlim fuq il-Madonna tal-Karmnu li l-Festa tagħha niċċelebrawha l-Erbgħa 16 ta’ Lulju. Għalhekk fis-6:00pm ikollna quddiesa b’omelija minn P. Adrian Cassar O.Carm.

Nhar it-Tlieta 15 ta’ Lulju wara l-quddiesa tas-6:00pm ikun hawn Adorazzjoni mmexxija mill- Moviment Marjan.

 

 

Cenaklu0140714-web

F’Settembru ħa jsir Pellegrinaġġ  Spanja, fejn inżuru postijiet relatati ma’ Santa Tereża u San Ġwann tas-Salib. Min hu interesat li jiġi jidħol fis-sagristija u jiġbor il-brochure bid-dettalji tat-tour.

Offerta għall-Papa

Fil-quddies kollu li jiġi ċelebrat fil-Knejjes tal-Arċidjoċesi tagħna nhar is- Sibt filgħaxija u l-Ħadd 12 u 13 ta’ Lulju sejra ssir il-ġabra magħrufa bħala l-“Offerta ta’ San Pietru”.

B’din il-ġabra nkunu wkoll qegħdin nuru l-imħabba tagħna lejn il-Papa Franġisku u ngħinuh biex ikun jista’ jifrex dejjem aktar il-ħidmiet tiegħu ta’ Ragħaj tal- Knisja Universali, ukoll permezz ta’ għotjiet ta’ karità mad- dinja kollha ma’ ħutna l-aktar fil-bżonn, speċjalment ma’ dawk milqutin minn xi emerġenza, diżastru naturali jew gwerra.

Nixtiequ nħeggu lil kullħadd biex fil-ġabra nkunu ġenerużi kif dejjem konna. B’hekk inkunu wkoll nuru l-għaqda tagħna mal-Qdusija Tiegħu l- Papa Franġisku u naqdu dmirna ta’ karità lejn ħutna fil-bżonn.

Avviżi tal-Parroċċa-6 Ħadd tal-Għid

Fr Salv Spagnol

Avviżi tal-Parroċċa – San Ġwann tas-Salib, Ta’ Xbiex

25 ta’ Mejju – 6 Ħadd tal-Għid

1: Illum nibda l-avviżi tal-parroċċa b’aħbar ġdida. Mons. Arċisqof għoġbu jagħżilni P. Salv Spagnol bħala Kappillan tal-parroċċa tagħna, mal-pussess miftiehem mal-Arċisqof. Miegħi hawn ukoll bħala Viċi P. Alfred Vassallo, li flimkien mal-patrijiet l-oħra se nkunu disponibbli għall-bżonnijiet tal-parroċċa. Nawguraw ukoll lil P. Alfred Debono li ġie magħżul bħala Pirjol tal-komunità tal- patrijiet.

Fr Salv Spagnol
Fr Salv Spagnol

2: L-Erbgħa jkollna s-6 Erbgħa tal-Ferħat ta’ Ommna Sidtna Marija b’quddiesa u omelija minn P. Ivan Scicluna, Karmelitan. fr ivan scicluna

3: Nhar il-Ħamis se jkun hawn l-inkurunazzjoni tal-Madonna mit-tfal tad-duttrina fil-5 ta’ filgħaxija. Imbagħad imexxu r-rużarju huma qabel il-quddiesa.

4: Nhar il-Ġimgħa membri tal-Leġjun ta’ Marija jmexxu Adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.

5: Infakkarkom fil-pellegrinaġġ/ġita li se norganizzaw għal Avila fi Spanja fil-5 Ċentinarju mit-Twelid ta’ Santa Tereża li se jsir mit-13 sal-20 ta’ Settembru. Inżuru barra Madrid u Avila, Salamanca, Toledo, Segovia u Alba de Tormes, kollha bliet marbuta ma’ San Ġwann tas-Salib u Santa Tereża. Min jixtieq jiġi, ġentilment jibbukkja kmieni għax inkella jkollna l-problemi fit-trasport bl-ajru. Il-prezz maħsub li jkun qrib 700 ewro, prezz raġonevoli ħafna għax hemm inklużi l-vjaġġi tal-kowċis, lukandi u ikel mifruxin fuq 7 ijiem. 

therese of avila

Qiegħed isir ix-xogħol għall-installazzjoni ta’ panelli fotovoltajiċi għall-użu tal- knisja. Nappellaw għall-għajnuna ta’ fondi. Jonqos jinġabru mat-12,000 ewro. Grazzi ta’ kull għajnuna.

Proġett Ta' Enerġija Alternativa  Jonqos jinġabru € 12,000.00. F'Ta' Xbiex għixu mas-700 familja. B' Donazzjoni ta' € 0.50 cents fil-ġimgħa minn kull familja niġbru l-ammont li baqa' sa l-aħħar ta' sena.  Kull donazzjoni hija apprezzata. Grazzi
Proġett Ta’ Enerġija Alternativa Jonqos jinġabru € 12,000.00. F’Ta’ Xbiex għixu mas-700 familja. B’ Donazzjoni ta’ € 0.50 cents fil-ġimgħa minn kull familja niġbru l-ammont li baqa’ sa l-aħħar ta’ sena. Kull donazzjoni hija apprezzata. Grazzi