Ordni Sekulari Karmelitan Tereżjan (OSKT)

This post is also available in: Malti (Maltese)

L-Ordni Sekulari Karmelitan Tereżjan huma lajċi impenjati fil-Knisja li jgħixu biex jobdu lil Ġesu’ Kristu permezz tal-ħbiberija tiegħu f’servizz lil-Knisja. L-Ordni “jilqa lil dawk il-fidili li, b’vokazzjoni speċjali, jimpenjaw ruħhom li jgħixu fid-dinja ħajja evanġelika ta’ komunjoni fraterna fl-ispirtu tat-talb kontemplattiv, fl-imitazzjoni tal-Verġni Marija, animat b’żelu apostoliku skont l-eżempju u t-tagħlim tal-qaddisin Karmelitani”.

Dawn il-lajċi jippruvaw igħixu ħajjithom taħt il-mantell protettiv tal-Madonna tal-Karmnu, u skond l-Ispirtu tal-Karmelu Tereżjan kif għamlu l-qaddisin Karmelitani Santa Tereża ta’ Lisieux, “Santa Tereżina” kif inhi magħrufa, li mietet fil-Monasteru tal-Karmelitani Skalzi fl-1897, kif ukoll Santa Tereża ta’ Ġesu’, San Ġwann Tas-Salib u l-Profeta Elija.

Sit: http://oskt.wordpress.com/