Il-Fjamma Special Assemblea Issue October 2004

Il-Fjamma was a Maltese language Parish Bulletin.

You can view the text of the cover of the special issue below:

Il Fjamma logo

 
STEDINA

Din se tkun ir-raba’ darba li l-parroċċa tagħna qed tiċċelebra l-ASSEMBLEA PARROKKJALI tagħha. L-ebda darba ma kellna folol jattendu! Lanqas m’aħna nistennew il-folol din is-sena. Imma l-għan ta’ din l-ittra hu sewwa sew biex nagħmlu stedina personali lilek u lill-familja tiegħek biex tingħaqdu magħna għal din il-ġrajja mportanti. Illum iżjed minn qabel hemm bżonn li l-komunita’ parrokkjali tagħna tkun iżjed magħquda u kull membru, miż-żgħir sal-kbir, jibda jagħti sehemu għall-bini u t-tisħiħ ta’ din il-familja.

Hawn isfel għandkom l-agenda ta’ din l-Assemblea biex tkun tista’ thejji ruħek għaliha aħjar. Xejn sofistikat; imma programm sempliċi, maqsum f’darb’tejn, b’kull laqgħa ma tieħux iżjed minn siegħa u kwart. Nistennewk tkun magħna biex, il-pjan li aħna
fassalna l-abbozz tiegħu wara xhur ta’ ħidma, jkun jista’ jiġi rfinut u approvat minna lkoll flimkien f’din l-assemblea; hekk qed titlob minna l-Knisja f’pajjiżna.

Se niltaqgħu l-Erbgħa 27 u l-Ħamis 28 ta’ Ottubru 2004, fis-sala tal-kunvent, u nibdew kull darba fis-6.45 pm.
Nittama ħafna li narawk hawn magħna. Tħalliniex nistennewk għal xejn!

Il-Mulej iberikkom ilkoll.

Il-kappillan