|
Din hi l-ahhar festa f'gieh il-patrun taghna SAN GWANN TAS-SALIB
li ahna se niccelebraw f'dan is-seklu. Hi ukoll il-festa li tfakkar it-30 sena
mit-twaqqif tal-parrocca nhar l-1 ta' Gunju 1969. It-28 ta' Novembru, hmistax-il jum
wara l-festa, jimmarka l-jum li fih il-knisja taghna giet imbierka u miftuha ghall-qima
mill-Arcisqof Gonzi 41 sena ilu.
Fi ftit jiem ohra se nibdew it-thejjija ghall-Gublew il-Kbir tas-Sena 2000
li l-Knisja kollha se ticcelebra tul is-Sena Mqaddsa li l-Papa se jniedi fil-lejl
tal-Milied li gej u tintemm fl-Epifanija tas-sena 2001. Bhalissa l-Knisja
f'pajjizna qed tghix l-esperjenza ta' Sinodu Djocesan li Monsinjur Arcisqof
nieda nhar id-29 ta' Settembru li ghadda, f'jum il-gublew tal-fidda mill-Ordinazzjoni
Episkopali tieghu.
Xi tfisser din l-attivita' kollha? Tfisser, l-ewwel u qabel
kollox, li l-Knisja hi hajja u dinamika. Kuntenta li qed tghix, u qed tfittex
li tghix ahjar u b'sens ikbar ta' familja. Ifisser ukoll li "Alla hu maghna"
u qed joffrielna zmien ta' grazzja u barka permezz ta' tigdid u rikonciljazzjoni.
Ifisser ukoll li, nafu kemm nafu, ghad ghanda x'nitghallmu biex nikbru fil-fidi,
fit-tama u fl-imhabba u hekk Alla jsir tabilhaqq il-KOLLOX ta'
hajjitna.
Imma, fis-seklu l-gdid, dan jista' jsir realta' jew jibqa' biss
holma sabiha? Din il-holma SAN GWANN TAS-SALIB, erbgha sekli ilu, irnexxielu
jghixa kuljum minkejja t-taqlib u t-tfixkil li habbat wiccu mieghu. Jiena,
inti u ahna lkoll nistghu naghmlu din il-holma realta' f'hajjitna u, minkejja
kollox, bhalu u bil-ghajnuna ta' dak li ghamilna ghalih nistghu naslu ghall-ferh
shih u genwin li joffrilna Hu biss.
Dis-sena l-festa tal-parrocca taghna hi stedina biex, waqt li
nifirhu u nsahhu dak li hu tajjeb, inqacctu u nnaqqsu l-hazina b'uzu sew
taz-zmien, li hu issa, biex ghada nkunu ahjar u nkomplu nersqu lejn Dak li
joffrilna l-ferh dejjiemi. Thallix ghal ghada dak li tista' taghmel illum.
Nawgura li SAN GWANN TAS-SALIB, fil-festa tieghu, ixennaqna
ghal dan Alla tieghu u taghna, u jghinna nghixu bis-serjeta' l-grazzja specjali
li l-Knisja qed toffrilna f'din is-Sena Mqaddsa tal-Gublew il-Kbir u tas-Sinodu
Djocesan. It-tielet millennju jkun gdid tassew kieku bid-dawl ta' l-Ispirtu s-Santu
u fil-persuna ta' Gesu' Kristu maghmul bniedem, Alla jerga' jinghata postu
fis-socjeta, fil-komunitajiet u fil-familji taghna.
Nixtieqilkom festa tajba u mimlija barka u sliem.
Patri Victor Mallia ocd
|