logo
Parish
  Mass Schedule
  Staff
  Bulletin - Il-Fjamma
  Calendar
  Location and History
  Catholic Links


Site Functions
  Contact Info
  Web Site Links

Copyright © 1999-2002
Clyde Meli
All Rights Reserved
Updated: Monday 7/October/2002


St. John of the Cross

Parish Bulletin (Il-Fjamma)

"Il-Fjamma" is the quarterly Maltese language Parish Bulletin.

You can view the text of the cover of the Spring 1998 issue, no. 26, below:

Il Fjamma logo
 
GĦAMEL GĦAZLA TAJBA!

Waqt programm ta' intervisti fuq stazzjon tar-radju l-preżentatur kien jagħmel ħiltu biex ilaqqa', mill-qrib kemm jista' jkun possibli bir-radju, lis-semmiegħa ta' l-istazzjon ma' personalitajiet differenti. Jum minnhom kellu mistiedna fil-programm mara li ma kellha l-ebda kwalifiki speċjali, imma kienet tidher żvelta u taf titkellem.

Wara l-mistoqsijiet tal-bidu, il-preżentatur reid li s-semmiegħa tiegħu isiru jafu aħjar lil din il-persuna u għalhekk staqsieha: "Għandek xi awtur favorit tiegħek?" "Iva, żewġi" kienet pronta weġbitu l-mara. "U Tista tgħidilna x'jikteb l-aktar żewġek?" reġa' staqsiha l-preżentatur kollu anzjuż. "Ħeqq, ċekkijiet", weġbitu hi xotta, xotta.

Illum kulħadd jaf ċekk x'inhu u kemm hu siewi. Drajna nifirħu b'dik il-biċċa karta meta nirċevuha, u arana sejrin il-bank biex insarfuha jew infaddluha! Illum drajna wkoll insarfu jew infaddlu l-flus bil-card tal-plastik li nużaw f'magni apposta u hekk inħaffu x-xogħol u naħlu inqas ħin. Kemm hu sabiħ il-progress, hux.

Tassew sirna moderni u kapaċi nagħmlu l-ħajja ħafifa, b'inqas telf ta' żmien, b'inqas inkwiet u bla taħbit. Tassew il-bniedem jaf iħaddem moħħu jagħmel għażliet tajba biex inaqqas it-tbatija u jgħix komdu.

Imma, minkejja dan, nistgħu ngħidu li llum il-bniedem hu iżjed kuntent? Iżjed komdu, iva. Imma ma nafx kemm hu iżjed kuntent għax donnu lanqas il-ħafna kumdita' li għandu llum mhi qed tgħin lill-bniedem isib il-milja tal-ferħ li jixtieq. Għaliex? Nazzarda nwieġeb li għax qed nagħmlu għażliet żbaljati. Li tagħżel bħala awtur favorit tiegħek lil wieħed li jikteb iċ-ċekkijiet tidher għażla tajba, imma kemm hi għażla għaqlija?

Il-qawl Malti jgħid li min jaqta' bla ma jqis, minn mitt jarda ma joħroġx qmis!

Il-Kappillan

 

Home | Schedule | Calendar | Staff | Location and History | Links

HTML 4 Page Design & Copyright © C Meli, 1996-2004.


A step ahead on the internet award winning sites design and hosting