Staff Bulletin - Il-Fjamma Calendar Location and History Catholic Links
Web Site Links Copyright © 1999-2004 Clyde Meli All Rights Reserved Updated: Monday 21/October/2004 |
St. John of the Cross Parish Bulletin (Il-Fjamma) "Il-Fjamma" (the Flame in Maltese) is the Maltese language Parish Bulletin of the Ta' Xbiex Parish Church.Some back issues: View Issue 26 - Spring 1998 View Issue 31 - Autumn 1999 The text of the cover of the special Assemblea 2004 issue, can be previewed below. ![]() STEDINADin se tkun ir-raba’ darba li l-parroċċa tagħna qed tiċċelebra l-ASSEMBLEA PARROKKJALI tagħha. L-ebda darba ma kellna folol jattendu! Lanqas m’aħna nistennew il-folol din is-sena. Imma l-għan ta’ din l-ittra hu sewwa sew biex nagħmlu stedina personali lilek u lill-familja tiegħek biex tingħaqdu magħna għal din il-ġrajja mportanti. Illum iżjed minn qabel hemm bżonn li l-komunita’ parrokkjali tagħna tkun iżjed magħquda u kull membru, miż-żgħir sal-kbir, jibda jagħti sehemu għall-bini u t-tisħiħ ta’ din il-familja. Hawn isfel għandkom l-agenda ta’ din l-Assemblea biex tkun tista’ thejji ruħek għaliha aħjar. Xejn sofistikat; imma programm sempliċi, maqsum f’darb’tejn, b’kull laqgħa ma tieħux iżjed minn siegħa u kwart. Nistennewk tkun magħna biex, il-pjan li aħna fassalna l-abbozz tiegħu wara xhur ta’ ħidma, jkun jista’ jiġi rfinut u approvat minna lkoll flimkien f’din l-assemblea; hekk qed titlob minna l-Knisja f’pajjiżna. Se niltaqgħu l-Erbgħa 27 u l-Ħamis 28 ta’ Ottubru 2004, fis-sala tal-kunvent, u nibdew kull darba fis-6.45 pm. Nittama ħafna li narawk hawn magħna. Tħalliniex nistennewk għal xejn!
Il-Mulej iberikkom ilkoll.
Home | Schedule | Calendar | Staff | Location and History | Links
HTML 4 Page Design & Copyright © C Meli, 1996-2004.
|