Avviżi Parroċċa
(16 ta’ Jannar 2011)
2 Ħadd matul is-Sena
Wara t-Tqarbin
1. Mit-Tlieta 18 ta’ Jannar sal-25 ta’ Jannar hija ġimgħa ta’ talb għall-Għaqda tal-Knejjes Insara. Aħna fil-parroċċa tagħna dan nagħmluh tul il-quddiesa ta’ fil-għaxija.
2. Nhar it-Tlieta wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna l-Adorazzjoni ta’ Ġesu f’Ċenaklu Ewkaristiku.
3. Mit-Tlieta, 25 ta’ Jannar, Festa tal-Konverżjoni ta’ San Pawl, se nibda ż‑żjajjar u t-tberik tal-familji. Se nibda kmieni din is-sena biex personalment niltaqa’ mal-familji kollha ħa jkolli stampa aktar ċara tal‑parroċċa tagħna. Noħroġ mit-Tlieta sal Ġimgħa fit-3.30 pm u nidħol lura ghal xi 7.30 pm. Il-ħin tal-Uffiċju nhar ta’ Ġimgħa, sakemm jintemmu ż-żjarat, se jkun fil-għodu bejn l-10.00 u nofs in-nhar. Fiż-żona li nkun se nżur naħseb biex nibgħat xi persuni biex javżaw u jqassmu xi mistoqsijiet sempliċi biex meta jien nidħol fid-djar partikulari nkun nista’ nieħu jew inkompli nniżżel it-twegibiet tagħkom. Ma nistenniex la ikel u lanqas xorb, għalkemm xi offerta għall-parroċċa tkun milqugħa. Nitolbu u nitħaddtu flimkien fil-qosor mingħajr ma nħalli lil ħadd. Inħeġġiġkom biex tagħmlu li tistgħu u dak il-ħin taż-żjara jkun hemm il-familja kollha. Nittama li żjara bħal din ta’ darba fis-sena tħalli l-frott mixtieq għall-ġid tal-familja parrokkjali tagħna.
4. Fost l-attivitajiet fil-parroċċa nhar il-}amis, 27 ta’ Jannar, se jsir Coffee Morning fis-Sala tal-kunvent. Is-Sibt, 29 ta’ Jannar, se jsir il-Get-Together tax-xahar bil-wiri ta’ DVD fit-7.45 pm. Waqt li fid-9 ta’ Frar se ssir ħarġa għall-Għawdex. Dettalji jidhru fil-Notice Board tal-knisja.
5. Il-ġabra speċjali li għamilna fl-Ewwel Hadd tax-xahar ta’ Jannar laħqet is-somma sabiħa ta’ 644.36 ewro. Grazzi ħafna
6. Għadhom jintlaqgħu l-applikazzjonijiet għad-dħul ta’ studenti ġodda fl-iskejjel tal-Knisja. Tagħrif dettaljat huwa mogħti fin-Notice Board mal-bieb tal-knisja tagħna.
Parish Notices St John of the Cross – Ta’ Xbiex
(16th January 2011)
2nd Ordinary Sunday
After Communion Thanksgiving
1. Tuesday 18th till 25th January is Christian Churches Unity Week. We pray for unity week during evening Mass at 6.00.
2. This Tuesday’s evening Mass will be followed by Adoration and Benediction as in a Eucharistic Cenacle.
3. Family visits and blessings this year will commence on Tuesday, 25th of January, Feast of the Conversion of St Paul, four days a week, from Tuesday till Friday, from 3.30 till 7.30pm. Office hours on Fridays, until the Family visits will have run their course, will be from 10.00 till twelve noon. My visits in a particular area will be preceded by parish persons a few days beforehand who would give out a few printed simple questions with answers to be handed over to me during the family visits. Please, try your best to have all the members of the family present. I am not expecting any food or drink, though an offering for the parish will be welcome. Let’s pray and hope that this annual traditional family pastoral visit will bear abundant fruit.
4. Among the parish activities these coming weeks, there will be a Coffee Morning on Thursday 27th January in the hall upstairs. A get together with a DVD show on Saturday 29th January at 7.45pm sharp. And there will be an excursion to Gozo on the 9th of February. Details can be seen in special posters on the Church Notice Board.
5. Thank you very much for the special January 1st Sunday collection which netted 644.36 euros.
6. Throughout these weeks the Church Schools are receiving applications for new students. Detailed information are on display in our Notice Board.



No user commented in " Avvizi Ta’ Xbiex – Announcements (2nd Sunday in Ordinary Time) "
Follow-up comment rss or Leave a Trackback