Avviżi Parroċċa San Ġwann tas-Salib – Ta’ Xbiex
26 ta’ Ġunju 2011 – Solennita tal-Ġisem u d-Demm ta’ Kristu (Solemnity of the Precious Blood and Body of Christ – Notices)
Qabel il-quddiesa
Il-ġbir fil-quddies illum se jitqies bħala Offerta ta’ S. Pietru; tintbagħat lill-Papa biex huwa jqassam skont il-ħtiġijiet li jinqalgħu mad-dinja s-sena d-dieħla.
Wara t-Tqarbin
1. Illum se jkollna l-Ewwel Tqarbina waqt quddiesa fl-4.00 pm. Nitolbu għat-tfal u għall-familji tagħhom sabiex japprezzaw ir-rigal kbir ta’ Ġesu li jagħti lilu nnifsu għall-ewwel darba lil dawn it-tfal. Grazzi kbira lill-katekisti li akkompanjawhom tul dawn l-aħħar xhur.
2. Nhar it-Tlieta s-Sekulari Karmelitani Tereżjani jkollhom il-laqgħa tagħhom fl-4.30pm.
3. Nhar il-Ġimgħa hija l-Festa tal-Qalb ta’ Ġesu u l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar. Issir l-espożizzjoni tal-Ewkaristia wara l-quddiesa tat-8.30. U wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkollna purċissjoni qasira bis-Sagrament Imqaddes li tinżel fir-Rampa Ta’ Xbiex u terġa’ lura minn Triq Onorato Bres għall-knisja. Jieħdu sehem it-tfal tal-Ewwel Tqarbina bl-ilbies tal-preċett.
4. Is-Sibt u l-Ħadd li ġej, l-ewwel Sibt u Ħadd tax-xahar, il-ġbir ikun għall-ħtiġijiet tal-knisja. Il-ġabra tax-xahar l-ieħor laħqet is-somma tajba ta’ 627.00 ewro. Grazzi ħafna.
Issa li rġajna bdejna nużaw l-air conditioners għall-kumdita ta’ kulħadd l-ispejjez tal-konsum se jogħla. Biex innaqsu l-ispejjeż ħsibna u installajna xi panelli fotovoltaici. Nixtiequ li tgħinuna biex inħallsu għal din is-sistema li ġiet tqum mal-10.000 ewro. Nirringrazzjawkom bil-quddiem.
Għal Avviżi oħra, pls, araw in-Notice Boards. Grazzi.
Parish Notices St John of the Cross – Ta’ Xbiex
26th June 2011 – Solemnity of the Precious Body and Blood of Christ
At the beginning of Mass
We have Peter’s Pence collection at this Mass – the Catholic Church’s yearly collection. The Holy Father uses Peter’s Pence collection to contribute aid world-wide.
After Communion
1. Today the parish will welcome its new communicants at a special Mass at 4.00pm. Let’s pray for these children and their families. A big Thank You to our worthy catechists
2. On Tuesday the Secular Carmelites will have their monthly meeting at 4.30pm.
3. Next Friday, 1st July, is the Feast of the Sacred Heart of Jesus and First Friday. After the 8.30 Mass the Blessed Sacrament will be exposed for Adoration. After evening Mass we shall process with the Blessed Sacrament down to the Terrace and back through Onorato Bres Street. The children of the first Holy Communion will participate in their white dresses and suits. Let me appeal for a devout and numerous participation.
4. Coming week-end’s collections will be for the special needs of our church. Thank you for last month’s collection which amounted to almost 627 euros. As you notice as from today we put the air condition on and of course our bills will show it! However, this year we installed some photovoltaic panels to offset the extra costs. And so we appeal to your generosity to contribute for the cost of their installation, around €10,000. Thanks.



No user commented in " Avvizi Solennita tal-Ġisem u d-Demm ta’ Kristu "
Follow-up comment rss or Leave a Trackback