L-Ghid it-tajjeb lilkom u lill-familji taghkom 
Happy Easter to all.
Avviżi Parroċċa San Ġwann tas-Salib – Ta’ Xbiex
24 ta’ April 2011 – Ħadd il-Għid
1. Nhar it-Tlieta s-Sekulari Karmelitani jiltaqgħu fl-4.30pm.
2. Nhar l-Erbgħa nagħtu bidu għas-7 Erbgħat f’ġieħ il-Madonna Sidtna Marija tal-Karmnu. Fil-5.30 jingħadu r-rużarju u l-kurunella; fis-6.30 toħroġ il-quddiesa b’omelija qasira dwar il-Madonna.
3. Nhar il-Gimgħa wara l-quddiesa tas-6pm il-Leġjun ta’ Marija jmexxi Adorazzjoni ta’ Ġesu Ewkaristija li tintemm bil-Benedizzjoni.
4. Nhar il-Ħadd li ġej ikun il-Ħadd tal-Ħniena Divina. Jaħbat ukoll il-Beatifikazzjoni tal‑Papa Ġwanni Pawlu II li kien approvaha din il-Festa tal-Ħniena. Jaħbat ukoll Jum il‑Ħaddiem. Niċċelebraw fil-parroċċa tagħna billi jkollna Adorazzjoni Ewkaristika fil‑10:45am u quddiesa tal-Ħniena Divina fil-11:30am. Kulħadd hu mistieden biex jattendi.
5. Il-quddiesa tal-Ħadd 6pm tkun animata mill-grupp taż-żgħażagħ li joffru wkoll preżentazzjoni artistika dwar il-liturġija.
6. Minn din il -ġimgħa se jsiru ż-żjajjar u t-tberik ta’ familji li għal xi raġuni jew oħra ma ntaħqux aktar kmieni, kif ukoll ufficini, ħwienet u stabbilimenti. Napprezza jekk il-familji jikkuntattjawi għal tberik fil-għaxija waqt li uffiċini u stabbilimenti naħseb navżahom jien għal tberik filgħodu.
7. Il-ġabra s-Sibt u l-Ħadd li ġej tmur għall-ħtiġijiet tal-knisja tagħna. Dik li għamilna x-xahar laħqet is-somma tajba ta’ 749.00 ewro. Grazzi dejjem tal-ġenerożita’ tagħkom.
Nixtieq niżżi ħajr pubblikament lil għadd mhux tant żgħir ta’ persuni li bla ebda interessi kienu indispensabbli biex stajna niċċelebraw kif jixraq il-fidi tagħna fil-parroċċa. M’iniex se nsemmi ismijiet għax tafuhom. Irrid biss nuri l-apprezzament tal-patrijiet u tiegħi f’isimkom għal tant qalb kbira.
Parish Notices St John of the Cross – Ta’ Xbiex
24th April 2011 – Easter Sunday
1. This Tuesday the Secular Carmelites will have their monthly meeting at 4.30pm.
2. On Wednesday we begin the first of seven commemorations in honour of Our Lady of Mt Carmel with Rosary and other prayers at 5.30pm which will be followed by Mass with a short homily.
3. On Friday after evening Mass the Legion of Mary group will lead a Eucharistic Adoration ending with Benediction.
4. Next Sunday will be Divine Mercy Sunday. It will also be the Beatification of Pope John Paul II whohad approved this Feast of Mercy. It will also be Worker’s Day. We celebrate in our parish with a Eucharistic Adoration at 10:45am and a Mass with the Divine Mercy Liturgy at 11.30am. All are invited.
5. Evening Mass on next Sunday will feature another presentation by our Youth Group.
6. Any resident families who missed out the visits and blessings held earlier, please, kindly contact me for new appointments possibly this week. Work offices and other enterprises will be informed beforehand for visits in the mornings.
7. Last month’s 1st Saturday and Sunday collection in aid of our church amounted to 749.00 euros. Thanks for your kind generosity.
After the wonderful celebration of Holy Week, in the name of our entire parish community, I would like to render a big Thank You to a smallish group who wholeheartedly and disinterestedly have contributed greatly in the celebration of our faith in Jesus. It would not be right for me to mention names. You may happen to know them. Again thank you. We appreciate greatly what you have done.








No user commented in " Avvizi Hadd il-Ghid – Easter Sunday Notices "
Follow-up comment rss or Leave a Trackback