Fr Wistin

default icon4 Hadd matul is Sena

Avviżi Parroċċa
(30 ta’ Jannar 2011)

4 Ħadd matul is-Sena

1. (Għada l-Ħadd). Illum, 30 ta’ Jannar, fil-5.30 ta’ filgħaxija, Monsinjur Arċisqof, fil-Konkattidral ta’ San Ġwann, il-Belt, se jmexxi Quddiesa konċelebrata ta’ radd il-ħajr lil Alla fir-raba’ anniversarju tal-Ordinazzjoni Episkopali tiegħu. Kulħadd huwa mistieden biex jieħu sehem f’din il-Quddiesa.

2. Nhar it-Tlieta 1 ta’ Frar se jkollna r-Rużarju fil-beraħ ħdejn il-funtana ġdida mar-roundabout quċċata ta’ Triq Abate Rigord. Jibda fil-5.00 pm. Nittama li nara ħafna persuni mill-inħawi.

3. Nhar l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar wara l-quddiesa tat-8.30 am issir l-Adorazzjoni tas-Sagrament Imqaddes il-ġurnata kollha. Ikollna quddiesa oħra fis-1.00 pm u wara l-quddiesa ta’ fil-għaxija ssir aktar adorazzjoni mmexxija mill-Fergħa Ewkaristika li tagħlaq bil-Benedizzjoni Ewkaristika.

4. Nirringrazzja lil kulħadd għal-laqgħat sbieħ li qegħdin tagħtuni fiż-żjajjar u t-tberik tal-familji. Qiegħed personalment niltaqa’ mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn it-3.30 pm u nidħol lura ghal xi 7.30 pm. mal-familji kollha ħa jkolli stampa aktar ċara tal-parroċċa tagħna. Il-ħin tal-Uffiċċju nhar ta’ Ġimgħa, sakemm jintemmu ż-żjarat, se jkun fil-għodu bejn l-10.00 u nofs in-nhar. Infakkar li fiż-żona li nżur qabel jgħaddu xi persuni biex javżaw u jqassmu xi mistoqsijiet sempliċi. Ma nistenniex la ikel u lanqas xorb, għalkemm xi offerta għall-parroċċa tkun milqugħa. Nittama li din iż-żjara ta’ darba fis-sena tħalli l-frott mixtieq għall-ġid tal-familja parrokkjali tagħna.

5. (Is-Sibt). Għal-lejla tħejja Get-Together tax-xahar bil-wiri ta’ show fit-7.45 pm. Il-booking l-ħarġa għall-Għawdex l-Erbgħa, fid-9 ta’ Frar, se jagħlaq il-Ħadd li ġej. Dettalji jidhru fil-Notice Board tal-knisja. Qiegħed jittella’ Raffle ta’ week-end vaganza bed and breakfast għal żewġ persuni fil-5 Star Raddison Blu Resort St. Julians għall-prezz ta’ 3 ewro. Il-biljett rebbieħ jitla’ fit-12 ta’ Frar. Il-qliegħ imur għas-seating tal-Audio-Visual Hall tal-parroċċa.

6. Il-gabra specjali fl-ewwel Sibt u Ħadd li ġejjin tax-xahar tkun il-knisja tagħna.

Parish Notices St John of the Cross – Ta’ Xbiex
(30rd January 2011)

4nd Ordinary Sunday

After Communion Thanksgiving

1. Tomorrow Sunday, 30th January, His Grace the Archbishop will lead a concelebrated High Mass at St John’s Co-cathedral at 5.30 pm in thanksgiving on his 4th anniversary of Episcopal consecration.

2. Tuesday 1st February we will have the public recitation of the Holy Rosary at 5.00 pm near the new fountain at the roundabout atop Abate Rigord Street. Nearby residents are warmly invited to attend.

3. First Friday devotion with the exposition of the Blessed Sacrament as usual will follow the 8.30 Mass until a 1.00 pm Mass; and it will conclude with more adoration and benediction after evening Mass.

4. Family visits and blessings from Tuesdays till Fridays are proceeding well. May I remind you that Office hours on Fridays, until the Family visits will have run their course, will be from 10.00 till twelve noon. Parish persons are announcing my visits by a couple of days. Please, try your best to have all the members of your family present. I am not expecting any food or drink, though an offering for the parish will be welcome. Let’s pray and hope that this annual traditional family visit will continue to bear fruit.

5. Bookings for the excursion to Gozo on Wednesday 9th of February will close coming Sunday. Details can be seen on the Church Notice Board. And a week-end holiday for two persons at the Raddisson Bay Point will be drawn on the 12th of February. Proceeds will go for the purchase of more seats in our Audio-Visual Hall. The holiday tickets are sold for 3 euros.

6. Next weekend special collection, the first of February, will be in aid of our Church’s recurrent needs.