Fil-bidu: Illum niċċelebraw il-Ħmistax-il Ħadd ta’ Matul is-Sena.

  1. Nhar it-Tlieta, l-Erbgħa u l-Ħamis huma jiem ta’ tħejjija għall-FESTA TAL-MADONNA TAL-KARMNU li niċċelebraw nhar il-Ġimgħa 16 ta’ Lulju.

  • Għalhekk f’dawn il-jiem, fil-5.30pm jingħad ir-Rużarju, Kurunella tal-Madonna u Quddiesa bl-omelija fuq il-Madonna mill-Patrijiet tal-Komunità tagħna ta’ Ta’ Xbiex.

  • Il-Ġimgħa 16 6a’ Lulju, Festa tal-Madonna tal-Karmnu jkollna r-Rużarju, Kurunella tal-Madonna u fis-6.00pm Konċebrazzjoni mmexxija minn P. Adrian Attard, Tereżjan.

  1. L-ADORAZZJONI animata mill-membri tal-Ħniena Divina se ssir it-Tlieta tal-ġimgħa d-dieħla.

  1. Nhar il-Ħamis, wara l-Quddiesa ta’ filgħaxija jkun hawn il-LECTIO DIVINA fuq il-Vanġelu tal-Ħadd. Kulħadd jista’ jattendi.

  1. Nirringrazzjawkom għall-ĠABRA SPEĊJALI tal-Ħadd li għadda li laħqet is-somma ta’ € 762.76.

  1. Fl-okkażjoni tal-Festa Parrokkjali li qed tkun iċċelebrata fil-Gżira f’ġieħ il-Madonna tal-Karmnu, nawguraw u nixtiequ lill-Kappillan, il-Kleru u l-Gżirjani kollha l-FESTA T-TAJBA.