Avvizi: 31 t’Ottubru 2010

1. Nhar it-Tlieta 2 ta’ Novembru, tifkira tal-mejtin kollha. l-ewwel quddiesa tibda fis-7.15am. Immedjatament wara tibda t-tieni quddiesa. Wara tat-8.30am ikun hemm quddiesa ohra. Ta’ filghaxija tkun koncelebrata.

2. Nhar il-Hamis, 4 ta’ Novembru fid-9.15am jkun hawn Coffee Morning. Min jattendi jikkuntattja lil Mrs Maria Portelli.

3. Fl-istess jum se ssir Adorazzjoni fil-Kappella tas-Seminarju ghall-vokazzjonijiet li tibda fis-6.30pm.

4. Nhar il-Gimgha, 5 tax-xahar, hija l-ewwel Gimgha tax-xahar. Ghalhekk wara l-quddiesa tat-8.30am jkun espost Gesù Sagramentat il-jum kollu, ghall-qima taghna. Naghmlu hilitna biex insibu hin biex ninvistawh. Fis-1.00pm jkun hawn quddiesa ohra. Filghaxija, wara l-quddiesa tas-6.00pm ikun hawn adorazzjoni mmexxija mill-Fergha Ewkaristika.

5. Is-Sibt, 6 ta’ Novembru se ssir Pasta Night fis-Sala Parrokkjali. Il-hin ikun fis-7.30pm u l-biljetti huma 9 ewro ghall-kbar u 5 ewro ghat-tfal. Kellmu lil Mrs Maria Zahra jew lil Mr Ray Cutajar.

6. Mis-7 sal-14 tax-xahar, sa tkun gimgha ta’ preparazzjoni ghall- festa ta’ San Gwann tas-Salib, il-patrun tal-parrocca taghna. Il-programm ta’ din il-festa u tal-Milied issibuh hdejn il-bibien tal-Knisja.

7. Il-biljett rebbieh tar-raffle ghal Pietralcina huwa 697 u nirringrazzjawkom talli hadtu sehem. Il-qligh mir-raffle tal-vjagg kien ta’ 787 ewro.

8. Nirringrazzjawkom ukoll ghall-gabra tal-missjoni, li lahqet is-somma ta’ 979.32 ewro.

9. Peress li d-dejn tas-saqaf gie mhallas, kull min irid ikompli bl-iskema tal-Boxing Day, il-flus li jingabru jmorru biex jithallsu l-ittri ghal taht il-Kurcifiss fil-Presbiterju.