Il-kummissjoni Fundraising filwaqt li tixtieq tfakkar li għada qed tieħu l-ordnijiet għall-FIGOLLI, din il-ġimgħa nediet l-EASTER RAFFLE. Il-Hamper jintrebaħ bil-Prima s-Sibt 3 ta’ April (Sibt il-Għid). Kull biljett jiswa € 5.00, u l-qligħ kollu jmur b’risq il-proġetti tal-parroċċa.
F’dawn il-jiem se titqassam f’darkom il-magażin FLIMKIEN, li fih issibu s-suppliment tar-Randan u Ċelebrazzjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa fil-parroċċa. Jekk jogħġobkom, ħudu ħsieb taraw il-ġurnata meta jmisskom tbierku.
L-edizzjoni ta’ Marzu bhala pdf tinsab hawn
Nixtiequ navżawkom li fil-31 ta’ Marzu se ssir ŻJARA lil għadd ta’ EXHIBITIONS tal-istatwi żgħar u kbar tal-Ġimġha l-Kbira. Nitilqu minn Ta’ Xbiex għal Ħaż-Żebbuġ u l-Birgu fl-4.00pm u naslu lura fid-9.30pm. Prezz: € 3 kull persuna.
Imbagħad l-għada, l-1 ta’ April se nagħmlu Seba’ Viżti f’SEBA’ KNEJJES differenti. Inżuru l-Artali tar-Repożizzjoni fil-knejjes tas-Siġġiewi, il-Qrendi, l-Imqabba, Ħal Kirkop, iż-Żurrieq, Ħal Safi, u ntemmu s-Seba’ Viżti fil-knisja tagħna ta’ Ta’ Xbiex. Għat-trasport inħallsu € 3 kull persuna. Nitilqu minn Ta’ Xbiex fit-8.00pm.



No user commented in " Xi Avvizi "
Follow-up comment rss or Leave a Trackback