Nixtiequ ngħarrfukom li Mons. Arċisqof ħareġ digriet li bih ħatar uffiċjalment lil Patri Salvinu Spagnol bħala AMMINISTRATUR Parrokkjali għall-parroċċa tagħna Ta’ Xbiex.
We wish to inform you that the Archbishop has issued a decree by which Fr Salvino Spagnol has been appointed officially as Parish ADMINISTRATOR for Ta’ Xbiex.

Inroddu ħajr lil P. Salvinu li aċċetta li jagħti dan is-servizz għall-ġid pastorali tal-parroċċa tagħna.
Huwa se jagħmel ix-xogħol ta’ kappillan fil-parroċċa tagħna, flimkien mal-komunità tal-patrijiet Tereżjani, u nwegħduh it-talb u kull għajnuna min-naħa tagħna. Il-kappillan ta’ qabel, Fr. Joseph se jagħmel ftit żmien id-dar. Nitolbu għalih u nroddulu ħajr tal-ħidma prezzjuża tiegħu fostna.
No user commented in " Fr Salvino Spagnol Appointed Officially as Parish Administrator for Ta’ Xbiex Parish Church "
Follow-up comment rss or Leave a Trackback